Skip to main content
European Commission logo
Covenant of Mayors - Europe

Objettivi u Pilastri Ewlenin

 

DWAR – Objettivi u Pilastri Ewlenin 

2050: Lejn Ewropa aktar ġusta u newtrali għall-klima għal kulħadd 

 

"Aħna, Sindki minn madwar l-Ewropa, qed inżidu l-ambizzjonijiet tagħna għall-klima u nimpenjaw ruħna biex inwettqu azzjoni bil-pass li tiddetta x-xjenza, fi sforz konġunt biex inżommu ż-żieda fit-temperatura globali taħt 1.5 - l-ogħla ambizzjoni tal-Ftehim ta’ Pariġi. 
Il-viżjoni tagħna hija li, sal-2050, aħna kollha se nkunu qed ngħixu fi bliet dekarbonizzati u reżiljenti b’aċċess għal enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli. Bħala parti mill-moviment tal-Patt tas-Sindki - Ewropa, aħna se nkomplu (1) innaqqsu l-emissjonijiet ta’ gassijiet serra fit-territorju tagħna, (2) inżidu r-reżiljenza u nippreparaw għall-impatti ħżiena tat-tibdil fil-klima, u (3) nittrattaw il-faqar enerġetiku bħala azzjoni ewlenija waħda biex niżguraw tranżizzjoni ġusta.” 

 

 

 

https://eu-mayors.ec.europa.eu/sites/default/files/2022-07/3pillars.png

 

It-3 pilastri tal-impenji tal-firmatarji 

  • It-tnaqqis tal-emissjonijiet ta’ GHG b’55% sal-2030 

  • It-tisħiħ tar-reżiljenza 

  • It-tnaqqis tal-faqar enerġetiku 

 

"Aħna [Sindki minn madwar l-Ewropa], nimpenjaw ruħna li nagħtu s-sehem tagħna billi nwettqu l-azzjonijiet li ġejjin: 

1. NIKKOMMETTU ruħna biex nistabbilixxu miri fuq perjodu ta’ żmien medju u twil, li huma konsistenti mal-objettivi tal-UE, u tal-inqas ambizzjużi daqs il-miri nazzjonali tagħna. L-għan tagħna huwa li niksbu n-newtralità klimatika sal-2050. Meta nqisu l-emerġenza klimatika kurrenti, aħna se nagħmlu l-azzjoni dwar il-klima l-prijorità tagħna u nikkomunikawha liċ-ċittadini tagħna. 

2. NINVOLVU liċ-ċittadini, lin-negozji u lill-gvernijiet tagħna fil-livelli kollha fl-implimentazzjoni ta’ din il-viżjoni u fit-trasformazzjoni tas-sistemi soċjali u ekonomiċi tagħna. Aħna għandna l-għan li niżviluppaw patt dwar il-klima lokali mal-atturi kollha li se jgħinuna nilħqu dawk l-objettivi. 

3. NAĠIXXU, issa u flimkien, biex nimxu fit-triq it-tajba u naċċelleraw it-tranżizzjoni meħtieġa. Aħna se niżviluppaw, nimplimentaw u nirrapportaw - fl-iskadenzi stabbiliti - pjan ta’ azzjoni biex nilħqu l-miri tagħna. Il-pjanijiet tagħna se jinkludu dispożizzjonijiet dwar kif nimmitigaw u nadattaw għat-tibdil fil-klima, filwaqt li nibqgħu inklużivi. 

4. NINTERAĠIXXU ma’ Sindki oħra u mexxejja lokali, fl-Ewropa u lil hinn, biex niksbu ispirazzjoni minn xulxin. Aħna se nħeġġuhom jingħaqdu magħna fil-moviment tal-Patt tas-Sindki Globali, kull fejn jinsabu fid-dinja, u biex iħaddnu l-objettivi u l-viżjoni deskritti hawnhekk.” 

[silta mid-Dokument ta’ Impenn uffiċjali]

 

Sir af iktar: