Skip to main content
Covenant of Mayors - Europe

Firmatarji

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa miftuħ għall-awtoritajiet kollha lokali kostitwiti b’mod demokratiku bi/minn rappreżentanti eletti, irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-politika tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.

Awtoritajiet lokali tal-viċinat ta’ daqs żgħir u medju wkoll jistgħu, taħt ċertu kundizzjonijiet, jiddeċiedu li jingħaqdu bħala grupp ta’ firmatarji.

L-impenji għall-firmatarji tal-Patt huma marbuta mal-qafas politika tal-UE dwar il-klima u l-enerġija: il-pakkett dwar il-klima u l-enerġija għall-2020 għall-firmatarji li ngħaqdu bejn l-2008 u l-2015 u l-qafas dwar il-klima u l-enerġija għall-2030 kif ukoll l-Istrateġija tal-UE dwar l-Adattament għat-Tibdil fil-Klima għall-firmatarji li jingħaqdu wara l-2015.

Il-firmatarji tal-patt jimpenjaw ruħhom biex jadottaw approċċ integrat lejn il-mitigazzjoni tat-tibdil fil-klima u l-adattament għalih. Dawn huma meħtieġa jiżviluppaw, fi żmien l-ewwel sentejn tal-adeżjoni, Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima bil-għan li jaqtgħu l-emissjonijiet ta’ CO2 tal-inqas b’40% sal-2030 u li jżidu r-reżiljenza għat-tibdil fil-klima.


Signatory Pajjiż Population Commitments Adhesion date
Mitigation Mitigation
Adaptation Adaptation
Energy Poverty Energy Poverty