INGĦAQAD MAGĦNA - Bħala Koordinatur
Il-Koordinaturi tal-Patt jistgħu jikkommettu ruħhom biex jappoġġjaw lill-firmatarji fil-kamp ta’ applikazzjoni ġeografiku tagħhom f’diversi modi inkluż permezz tal-promozzjoni tal-Patt tas-Sindki, appoġġ tekniku u/jew finanzjarju biex jiżviluppaw u jimplimentaw il-Pjanijiet ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima, u attivitajiet ta’ networking li jinvolvu l-firmatarji tal-Patt. Ara iktar dettalji hawnhekk.
Min huwa eliġibbli
L-awtoritajiet pubbliċi nazzjonali, reġjonali u subreġjonali li jimpenjaw ruħhom uffiċjalment biex jipprovdu gwida strateġika, u appoġġ finanzjarju u tekniku lill-firmatarji tal-Patt se jkunu rikonoxxuti uffiċjalment bħala Koordinatur tal-Patt.
Sir af iktar hawnhekk.
Jekk teħtieġ aktar kjarifiki, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-Koordinaturi tal-Patt fuq coordinators@eumayors.eu.
Kif tingħaqad magħna
Sabiex tirreġistra bħala Koordinatur tal-Patt, l-organizzazzjoni tiegħek għandha twettaq il-passi li ġejjin:
Pass 1
Wara li tiċċekkja l-eliġibbiltà tagħkom, irreġistra permezz tal-formola online dedikata.
Pass 2
Wara konferma tal-eliġibbiltà mill-Helpdesk tal-Patt Ewropa, se tirċievi d-Dikjarazzzjoni ta’ Impenn tagħna. Tista’ ssib abbozz tiegħu hawnhekk.
Pass 3
Ippreżenta d-dikjarazzjoni ta’ impenn lill-kunsill tiegħek għal approvazzjoni u firma. Ladarba jkun iffirmat, ibgħatu lura lil coordinators@eumayors.eu Meta jirċievi din id-dikjarazzjoni, il-Helpdesk tal-Patt – Ewropa se jippubblika l-profil tal-organizzazzjoni tiegħek u din se ssir membru uffiċjali tal-Komunità tal-Patt.