Skip to main content
Covenant of Mayors - Europe

Ingħaqad magħna bħala Partitarju

INGĦAQAD MAGĦNA - Bħala Partitarju 

Il-Partitarji tal-Patt huma ddefiniti bħala organizzazzjonijiet mingħajr skop ta’ qligh (assoċjazzjonijiet ta’ awtoritajiet lokali u reġjonali, aġenziji tal-enerġija lokali u reġjonali, u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili) bil-kapaċità li jippromwovu l-Patt tas-Sindki – Ewropa u biex jimmobilizzaw u jappoġġjaw lill-membri tagħhom u/jew lill-gvernijiet lokali biex jilħqu l-objettivi tal-Patt tas-Sindki - Ewropa.

Dawn jieħdu azzjoni fit-territorji u l-oqsma ta’ għarfien espert tagħhom (eż. enerġija, ambjent, ilma, arja), u fil-livelli differenti ta’ governanza (eż. Ewropew, nazzjonali, reġjonali jew lokali) biex jippromwovu l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki - Ewropa u jappoġġjaw il-firmatarji tagħhom. Bl-għarfien espert tal-qafas regolatorju, leġiżlattiv u finanzjarju li joperaw taħtu - kemm jekk fil-livell lokali, reġjonali, nazzjonali jew Ewropew - il-Partitarji tal-Patt jinsabu fl-aħjar pożizzjoni biex jipprovdu parir personalizzat lill-firmatarji u jidentifikaw sinerġiji ma’ inizjattivi eżistenti.

Min huwa eliġibbli 

Assoċjazzjonijiet tal-Awtoritajiet Lokali u Reġjonali, federazzjonijiet Ewropej, aġenziji tematiċi lokali u reġjonali (tal-enerġija/ambjent), NGOs u organizzazzjonijiet tas-soċjetà ċivili jistgħu jingħaqdu bħala Partitarji tal-Patt. Sir af iktar hawnhekk.

Jekk teħtieġ aktar informazzjoni, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-Helpdesk tal-Partitarji tal-Patt: supporters@eumayors.eu

LISTA TA’ PARTITARJI  

Kif tingħaqad magħna 

L-Assoċjazzjonijiet tal-Awtoritajiet Lokali, l-NGOs, u l-Aġenziji interessati jiksbu l-istatus ta’ Partitarju tal-Patt għandhom isegwu l-passi li ġejjin:

N.B. Il-biċċa l-kbira tal-Aġenziji u n-networks tagħhom jistgħu jkunu eliġibbli u se jiġu mħeġġa jiffirmaw il-wegħda ta’ impenn u jsiru partitarji attivi tal-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki - Ewropa, bl-eċċezzjoni ta’ dawk l-aġenziji li jagħmlu qligħ, b’mandat ta’ proġetti individwali u ffinanzjati l-aktar privatament. Madankollu, se tittieħed deċiżjoni fuq bażi ta’ każ b’każ, u wieħed jista’ jiċċekkja dwar l-eliġibbiltà permezz tal-helpdesk.

Pass 1

Imla l-formola ta’ reġistrazzjoni.

Pass 2

Wara l-konferma tal-eliġibbiltà, imla u ffirma d-Dikjarazzjoni ta’ Impenn mibgħuta mill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki – Ewropa.

Pass 3

Mar-riċevuta tad-Dikjarazzjoni ta’ Impenn mimlija u ffirmata, l-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki – Ewropa se joħloq profil online għall-organizzazzjoni tiegħek. Dan se jippermettik tipparteċipa attivament fil-komunità tal-Patt tas-Sindki u jgħinek tappoġġja aħjar lill-firmatarji assoċjati tiegħek.

Irreġistra bħala partitarju