Skip to main content
Covenant of Mayors - Europe

Riżorsi ta’ Adattament

Inżidu r-Reżiljenza

Il-firmatarji tal-Patt jaqsmu l-viżjoni li, sal-2050, iċ-ċittadini kollha Ewropej se jkunu qed jgħixu fi bliet dekarbonizzati u reżiljenti b’aċċess għal enerġija affordabbli, sikura u sostenibbli. Sabiex jiksbu dan, il-firmatrji impenjaw ruħhom biex iżidu r-reżiljenza u jħejju għall-impatti avversi tat-tibdil fil-klima, minbarra li jnaqqsu l-emissjonijiet u jindirizzaw il-faqar enerġetiku.

L-inizjattiva tal-Patt tappoġġja l-firmatarji fl-isforzi tagħhom biex jippjanaw, jimplimentaw u jimmonitorjaw l- azzjonijiet ta’ adattament – billi tipprovdi gwida metodoloġika, attivitajiet ta’ bini ta’ kapaċità, riżorsi ta’ għarfien u opportunitajiet għal kollaborazzjoni.

Skopri l-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki

PSF Webinar Illustration

Il-Kummissjoni Ewropea nediet il-Faċilità ta’ Appoġġ għall-Politiki biex tassisti lil awtoritajiet lokali u reġjonali jgħaddu mill-ippjanar għall-azzjoni fl-adattament għall-klima taħt il-Patt tas-Sindki - Ewropa. Il-Faċilità qed topera bħala programm pilota ta’ sentejn mill-2022 sal-2023 u l-Missjoni ta’ Adattament għat-Tibdil fil-Klima tal-UE tal-programm ta’ riċerka u innovazzjoni ta’ Orizzont Ewropa tista’ tikkontribwixxi biex tkabbar il-Faċilità.

Il-Faċilità ssaħħaħ l-appoġġ ipprovdut mill-Patt tas-Sindki fuq l-adattament, b’tagħlim bejn il-pari u riżorsi dedikati, seminars pubbliċi, u podcasts. Barra dan, 12-il Stat Membru huma mmirati biex jospitaw workshops nazzjonali u jaċċessaw opportunitajiet ta’ assistenza teknika: il-Bulgarija, il-Kroazja, ir-Repubblika Ċeka, il-Greċja, l-Ungerija, l-Italja, il-Polonja, il-Portugall, ir-Rumanija, is-Slovakkja, is-Slovenja, u Spanja.

  • Modulu 1: Tgħallem mill-esperti
  • Modulu 2: Interaġixxi mal-Pari
  • Modulu 3: Implementa bl-appoġġ tal-esperti
  • Modulu 4: Uri l-Lezzjonijiet miksuba

Iktar tagħrif

Dwar il-PSF

Sensiela ta’ Webinars dwar l-Adattament

Ispira ruħek

Isma s-sensiela ta’ podcasts tagħna dwar l-Adattament!

 

Aħbarijiet relatati

Uża l-Għodod tagħna

urban adaptation support tool logo 

list 

L-Għodda ta’ Appoġġ għall-Adattament Urban hija r-riżorsa ta’ adattament ewlenija għall-komunità tal-Patt. Din tipprovdi gwida għall-passi ewlenin biex jiġi żviluppat pjan ta’ azzjoni għall-adattament u biex jiġu implimentati l-azzjonijiet ta’ adattament. Għal kull pass, l-għodda tirreferi għal materjali ta’ għarfien oħra siewja, studji ta’ każijiet u għodod.

L-għodda ġiet żviluppata b’mod konġunt mill-Uffiċċju tal-Patt tas-Sindki – Ewropa u l-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent u ttestjata mill-firmatarji tal-Patt.

  

capture 

Il-Viewer tal-Mappa tal-Adattament Urban jipprovdi ħarsa ġenerali ta’ firxa ta’ perikli klimatiċi u l-vulnerabbiltà tal-bliet għal dawn il-perikli u l-kapaċità ta’ adattament tagħhom. L-għodda tiġbor informazzjoni dwar id-distribuzzjoni spazjali u l-intensità osservati u proġettati ta’ temperaturi għoljin, għargħar, skarsità ta’ ilma, nirien mhux ikkontrollati u mard li jinġarr minn vettur. Din tagħti informazzjoni intuwittiva wkoll dwar dak li jikkawża vulnerabbiltà u esponiment għal dawn il-perikli u dwar l-ippjanar u l-azzjonijiet ta’ adattament.

L-għodda ġiet żviluppata mill-Aġenzija Ewropea għall-Ambjent.

 

Tgħallem mill-Komunitajiet madwar l-Ewropa

Governanza

 

Soluzzjonijiet ibbażati fuq in-natura

 

Tranżizzjoni ġusta

  • Murcia, Spain: measuring social vulnerability and sectoral adaptive capacity, 2020

 

Tnaqqis tar-riskju ta’ diżastri

 

Ambjent mibni

 

Esplora Riżorsi oħra

Pubblikazzjonijiet

 

Links utli