Skip to main content
European Commission logo
Covenant of Mayors - Europe

Ingħaqad magħna bħala Firmatarju

Il-Patt tas-Sindki jilqa’ l-livelli kollha ta’ governanza, kif ukoll l-organizzazzjonijiet, l-aġenziji u l-assoċjazzjonijiet ta’ appoġġ rilevanti, biex jingħaqdu mal-inizjattiva u jgħinu jgħaġġlu l-azzjoni lokali dwar il-klima u l-enerġija.

INGĦAQAD MAGĦNA - bħala Firmatarju 

Il-gvernijiet lokali jilgħabu rwol ewlieni fil-mitigazzjoni u l-adattament għat-tibdil fil-klima. Il-parteċipazzjoni fil-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija - Ewropa tappoġġjahom f’dan l-isforz, billi tipprovdihom bir-rikonoxximent, ir-riżorsi u l-opportunitajiet ta’ networking meħtieġa biex iwasslu l-impenji tagħhom dwar l-enerġija u l-klima għal-livell li jmiss. 

   

Min huwa eliġibbli  

Il-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija huwa miftuħ għall-awtoritajiet kollha lokali kostitwiti b’mod demokratiku bi/minn rappreżentanti eletti, irrispettivament mid-daqs tagħhom u l-istadju ta’ implimentazzjoni tal-politika tagħhom dwar l-enerġija u l-klima.   

L-awtorijiet lokali ta’ daqs zgħir u medju tal-viċinat jistgħu wkoll, taħt ċertu kundizzjonijiet, jiddeċiedu li jingħaqdu bħala grupp ta’ firmatarji u jissottomettu Pjan ta’ Azzjoni għall-Enerġija Sostenibbli u l-Klima konġunt, jew billi jimpenjaw ruħhom b’mod individwali (għażla 1) jew b’mod kollettiv (għażla 2) Further information is available here

 

Kif tingħaqad magħna  

Sabiex jingħaqdu mal-moviment li dejjem jikber, l-awtoritajiet lokali għandhom iwettqu l-proċess li ġej:  

Pass 1 

Ippreżenta l-inizjattiva tal-Patt tas-Sindki għall-Klima u l-Enerġija lill-kunsill lokali/muniċipali tiegħek. Sabiex tiffaċilita d-diskussjonijiet tal-kunsill, inti tista’ tniżżel id-Dokument tal-Impenji hawnhekk.  

Pass 2

Meta r-riżoluzzjoni uffiċjali tkun ġiet adottata mill-kunsill, itlob lis-sindku - jew rappreżentant ekwivalenti tal-kunsill - biex jiffirma d-Dokument tal-Impenji tal-Patt 

Pass 3

Wara l-firma, imla l-informazzjoni online u tella’ d-Dokument tal-Impenji iffirmat. Jekk jogħġbok ħu nota tal-passi li jmiss, deskritti fl-Anness għad-Dokument tal-Impenji u fil-Mistoqsijiet Frekwenti